Privacy Policy

 

TEMPUR SEALY AVVIŻ DWAR IL-PRIVATEZZA U L-COOKIES TAS-SITI WEB 

Aġġornat l-aħħar Mejju 2018 

Xi jkopri dan l-avviż?

Dan l-Avviż dwar il-Privatezza jiddeskrivi kif Tempur Sealy (imsejħa ukoll "Tempur Sealy", jew "aħna") se nużaw id-dejta tiegħek meta inti tuża l-prodotti, is-servizzi u s-siti web tagħna.

Dan jiddeskrivi wkoll id-drittijiet għall-protezzjoni tad-dejta tiegħek, li jinkludu d-dritt li toġġezzjona għal parti mill-ipproċessar li Tempur Sealy twettaq. Iktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek, u kif teżerċitahom, tinsab fit-taqsima “X’inhuma d-drittijiet tiegħi?”.

Aħna nistgħu nipprovduk ukoll b’informazzjoni addizzjonali meta niġbru d-dejta personali, fejn inħossuni li jista’ jkun utli jekk nipprovduk b’informazzjoni rilevanti u f’waqtha.

X’informazzjoni niġbru? 

Aħna niġbru u nipproċessaw dejta personali dwarek meta inti tinteraġġixxi magħna u s-siti web tagħna, u meta inti tapplika għal jew tuża kwalunkwe mill-prodotti jew is-servizzi tagħna. Din tinkludi: 

  • L-isem, l-età, id-data tat-twelid u s-sess tiegħek. 
  • Id-dettalji tal-kuntatt, bħall-indirizz tal-kontijiet u tal-konsenji tiegħek, l-indirizz tal-email u n-numru tat-telefon.
  • L-isem tal-utent u l-password tiegħek.
  • L-informazzjoni bankarja, li tinkludi informazzjoni dwar il-karta tad-debitu jew tal-kreditu u s-sort code u n-numru tal-kont tiegħek, kif ukoll informazzjoni dwar tranżazzjonijiet inkluż fir-rigward tal-prodotti li inti tixtri jew meta tapplika għall-Finanzjament minn Tempur Sealy jew kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament li aħna noffru.
  • Il-preferenzi personali tiegħek, bħal informazzjoni dwar l-unità domestika u d-deċiżjonijiet tax-xiri tiegħek. 
  • Informazzjoni dwar il-komunikazzjonijiet tiegħek magħna.
  • Il-preferenzi tal-kummerċjalizzazzjoni tiegħek, li jinkludu kwalunkwe kunsens li inti tkun tajtna.
  • Reċensjonijiet jew testimonjanzi dwar prodotti u kontenut ieħor li inti tossottometti lilna. 
  • Id-dejta tal-post li nirċievu dwar fejn tinstab, bħall-indirizz fejn inti tikkonnettja ma’ kompjuter għall-internet, jew ħanut fejn inti tixtri xi ħaġa bil-kard tiegħek.
  • Informazzjoni relatata mal-browser jew it-tagħmir li tuża biex taċċessa s-sit web tagħna.
  • Informazzjoni dwar il-preferenzi tas-sit web tiegħek.

Il-liġi u regolamenti oħra jittrattaw ċertu tipi ta’ informazzjoni personali bħala kategorija speċjali. Aħna se niġbru u nużaw biss dawk it-tipi ta’ dejta jekk il-liġi tippermettina nagħmlu dan. Eżempji ta’ informazzjoni ta’ kategorija speċjali li nipproċessaw huma: id-dejta tas-saħħa li nitolbuk (jekk inti tixtri prodotti minna fejn l-informazzjoni dwar is-saħħa hija importanti, bħal prodotti maħsuba biex inaqqsu l-uġigħ tad-dahar) u informazzjoni dwar kundanni u reati kriminali (jekk inkunu rridu ninvestigawk b’konnessjoni mal-użu tas-servizzi tagħna jew b’konnessjoni ma’ verifiki dwar l-isfond tal-persunal/applikazzjonijiet tal-personal). 

Kif nużaw din l-informazzjoni, u x’inhi l-bażi legali għal dan l-użu? 

Aħna nużaw id-dejta personali msemmija hawn fuq u l-informazzjoni li inti tagħtina għall-finijiet li ġejjin:

  • Biex nissodisfaw kuntratt, jew nieħdu passi marbutin ma’ kuntratt: dan huwa rilevanti fejn inti tapplika għal wieħed mill-prodotti jew servizzi finanzjarji tagħna. Dan jinkludi:
    • Meta nieħdu u nipproċessaw pagamenti. 
    • Meta nikkomunikaw miegħek u nipprovdu servizzi għall-klijent.
    • Meta nagħmlu arranġamenti għall-kunsinna jew provvista oħra ta’ prodotti, servizzi jew premjijiet.
    • Meta namministraw il-programmi tal-lealtà tagħna.
    • Meta niġġestixxu r-relazzjoni tagħna miegħek. 
    • Sabiex nissodisfaw il-garanzija. 
  • Fejn huwa meħtieġ għall-interessi leġittimi ta’ Tempur Sealy, kif imniżżel hawn taħt, u meta l-interessi tagħna mhumiex issuperati mid-drittijiet għall-protezzjoni tad-dejta tiegħek:
    • Meta nipprovdu prodotti u servizzi li inti tkun tlabt u nwieġbu għal kwalunkwe kumment jew ilment li inti tibgħatilna. Aħna nistgħu nipproċessaw id-dejta personali dwar id-dipendenti, il-familja u s-sieħeb/sieħba tiegħek (li inti tagħtina) biex nagħmlu dan. 
    • Sabiex niffaċilitaw il-ħolqien, u niżguraw is-sikurezza, tal-kontijiet irreġistrati online.
    • Sabiex nippromwovu s-servizzi tagħna mal-klijenti u klijenti potenzjali, navżawk dwar aħbarijiet u aġġornamenti, u norganizzaw jew namministraw avvenimenti.
    • Sabiex nissorveljaw l-użu tas-siti web u s-servizzi online tagħna u nużaw l-informazzjoni tiegħek biex tgħina nissorveljaw, intejbu u nipproteġu l-prodotti, il-kontenut, is-servizzi u s-siti web tagħna, kemm online u offline.
    • Sabiex nippersonalizzaw is-sit web, il-prodotti jew is-servizzi tagħna għalik.
    • Sabiex ninvestigaw kwalunkwe lment li nirċievu minnek jew minn oħrajn, dwar is-servizzi, il-prodotti jew is-siti web tagħna.
    • Sabiex immexxu n-negozju tagħna b’mod effiċjenti u xieraq. Dan jinkludi l-immaniġġjar tal-pożizzjoni finanzjarja tagħna, il-kapaċità tan-negozju, l-ippjanar, il-komunikazzjonijiet, il-governanza korporattiva u l-awditjar. 
    • Sabiex nissorveljaw il-kontijiet tal-klijenti biex niskopru, nipprevjenu, ninvestigaw u/jew nirrapportaw frodi, terroriżmu, misrappreżentazzjoni, inċidenti tas-sigurtà jew reati skont il-liġi applikabbli.
    • Sabiex nimmaniġġjaw kif naħdmu ma’ kumpaniji oħrajn li jipprovdu servizzi lilna u lill-klijenti tagħna.
    • B’konnessjoni mal-pretensjonijiet legali u għal skopjiet ta’ konformità, regolatorji u investigattivi.
    • Reġistrazzjonijiet tat-telefonati meta inti ċċempel liċ-ċentru telefoniku tagħna (aħna dejjem se navżawk meta telefonata tkun qed tiġi rreġistrata). 
    • Applikazzjonijiet li inti tagħtina jekk inti tkun qed tapplika għal xogħol jew informazzjoni li aħna niksbu mill-kuntatti ta’ referenza jew impjegaturi preċedenti tiegħek.
  • Meta inti tagħtina l-kunsens:
    • Aħna se nibagħtulek materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni dirett permezz ta’ email u/jew SMS b’konnessjoni mal-prodotti u s-servizzi tagħna.
    • Aħna se npoġġu cookies u nużaw teknoloġiji simili skont il-Politika dwar il-Cookies tagħna (ara hawn taħt) u l-informazzjoni pprovduta lilek meta jintużaw dawk it-teknoloġiji.
    • F’okkażjonijiet oħrajn meta nitolbuk għall-kunsens, aħna se nużaw id-dejta għall-fini li aħna nispjegaw dak iż-żmien.
  • Għall-finijiet meħtieġa mil-liġi:
    • Sabiex inwettqu kontrolli fuq il-klijenti, klijenti potenzjali u partijiet terzi oħra għall-fini ta’ konformità mal-obbligi legali, regolatorji u professjonali tagħna.
    • Bħala tweġiba għat-talbiet mill-gvern jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jkunu qed iwettqu investigazzjoni.

Aħna wettaqna testijiet tal-ibbilanċjar għall-ipproċessar tad-dejta kollu li nwettqu fuq il-bażi tal-interessi leġittimi tagħna, li ddeskrivejna hawn fuq. Inti tista’ tikseb informazzjoni dwar kwalunkwe mit-testijiet tal-ibbilanċjar tagħna billi tikkuntattjana bl-użu tad-dettalji mniżżla hawn taħt.

Aħna mhux se nkunu nistgħu nipprovdu l-prodotti jew servizzi oħra mitluba jekk ma ningħatawx id-dejta personali kollha rilevanti. Il-provvista ta’ informazzjoni bħal din, bħad-dettalji li inti tipprovdi sabiex inkunu nistgħu nibagħtulek informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni, mhijiex obbligatorja. 

Teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat

Meta nwettqu uħud mill-funzjonijiet t’hawn fuq, aħna nistrieħu fuq teknoloġija li tieħu deċiżjonijiet awtomatiċi fuq il-bażi tal-kriterji li niddeterminaw bħala rilevanti u l-informazzjoni li niġbru dwarek jew tranżazzjoni partikolari. Dawn jinkludu kontrolli tal-kreditu u tal-frodi. Aħna nittestjaw b’mod regolari s-softwer tagħna sabiex intejbu l-preċiżjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet u nevitaw preġudizzji mhux intenzjonati. Dawn id-deċiżjonijiet jista’ jkollhom effetti sinifikanti fuqek, bħal:

  • Il-prevenzjoni ta’ aċċess għas-servizzi tagħna, fejn aħna niddeterminaw li hemm probabbiltà għolja li l-provvista tas-servizz lilek jista’ jwassalna biex niksru r-rekwiżiti regolatorji tagħna. 
  • Il-kanċellazzjoni ta’ tranżazzjonijiet, fejn aħna niddeterminaw li hemm probabbiltà għolja li tranżazzjoni hija frawdolenti (pereżempju, minħabba li l-pagament isir minn post li ma jikkorrispondix mar-rekords tagħna għal dak l-utent finali) jew il-pagatur ma għandux biżżejjed fondi biex ikopri l-ispiża. 
  • Il-kanċellazzjoni tas-servizz, fejn aħna niddeterminaw li s-servizz qed jintuża bi ksur tat-termini tagħna. Pereżempju, aħna nanalizzaw awtomatikament it-trażazzjonijiet tiegħek sabiex nivvalutaw jekk kwalunkwe mill-attivitajiet li tmexxi jidhrux fuq il-lista tagħna ta’ attivitajiet ristretti.

Ma’ min se naqsmu din id-dejta?

Id-dejta personali tiegħek se tiġi pproċessata fi u aċċessata minn ġurisdizzjonijiet barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) minna u mill-partijiet terzi li magħhom naqsmu d-dejta personali tiegħek.

Aħna se naqsmu d-dejta personali tiegħek ma’ membri oħrajn tal-Grupp Tempur Sealy sabiex namministraw u niġġestixxu l-funzjonijiet tal-grupp, li jinkludu l-provvista tal-prodotti u s-servizzi tagħna lilek. 

Id-dejta personali tiegħek se tiġi ttrasferita lill-affiljati u l-bejjiegħa tal-Grupp Tempur Sealy fil-pajjiżi mhux taż-ŻEE li ġejjin: 

  • L-Istati Uniti tal-Amerika
  • L-Indja 

 

Meta nittrasferixxu d-dejta tagħna fi ħdan il-Grupp Tempur Sealy, aħna nużaw ftehim bejn il-kumpaniji li jinkudi klawżoli kuntrattwali standard approvati mill-Kummissjoni Ewropea. Meta nittrasferixxu d-dejta tiegħek lil organizzazzjonijiet barra mill-Grupp Tempur Sealy aħna nużaw klawżoli kuntrattwali standard approvati mill-Kummissjoni Ewropea sabiex nissalvagwardjaw it-trasferiment, sakemm ma nittrasferixxux dejta personali lil parti terza li tkun implimentat Regoli Vinkolanti korporattivi jew li tuża t-Tarka tal-Privatezza UE-US, f’liema każ aħna se nistrieħu fuq wieħed minn dawk il-mekkaniżmi sabiex nissalvagwardjaw it-trasferiment.

Id-dejta personali tiegħek se tiġi kondiviża wkoll ma’ partijiet terzi fdati, bħal konsulenti finanzjarji jew oħrajn u esperti professjonali oħrajn.

Aħna se naqsmu d-dejta personali tiegħek ma’ kumpaniji li jipprovdu servizzi taħt kuntratt lil Tempur Sealy. Partijiet Terzi bħal dawn jinkludu fornituri ta’ servizzi li jeżegwixxu l-ordnijiet, ħosting ta’ siti web u tal-IT, help desks, manutenzjoni, operazzjonijiet ta’ ċentru tas-sejħiet, riċerka u analiżi tal-kummerċjalizzazzjoni, u pagamenti bil-karti tal-kreditu. 

Id-dejta personali tiegħek se tiġi kondiviża wkoll ma’ aġenziji tal-gvern u/jew aġenziji tal-infurzar tal-liġi u aġenziji tar-referenza tal-kreditu u tal-prevenzjoni tal-frodi jekk meħtieġ għall-finijiet t’hawn fuq, jekk huwa obbligatorju bil-liġi jew meħtieġ għall-protezzjoni legali tal-interessi leġittimi tagħna b’konformità mal-liġijiet applikabbli. 

Fil-każ li n-negozju jinbiegħ jew jiġi integrat ma’ negozju ieħor, id-dettalji tiegħek se jiġu żvelati lill-konsulenti tagħna u kwalunkwe konsulent tal-akkwirent prospettiv u se jiġu mgħoddija lis-sidien il-ġodda tan-negozju. 


Xi drittijiet għandi?

Inti tista’ tkun intitolat li titlob lil Tempur Sealy għal kopja tad-dejta personali tiegħek, sabiex tikkoreġi, tħassar jew tirrestrinġi l-ipproċessar tagħha, u sabiex tikseb id-dejta personali li inti pprovdejt f’format strutturat, li jista’ jinqara minn magna u titlobna nikkondividu (port) din id-dejta personali ma’ organizzazzjonijiet oħrajn. Inti jista’ jkollok ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar f’ċertu ċirkostanzi. 

Fejn aħna tlabna għall-kunsens tiegħek, inti tista’ tirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin. Jekk inti titlob li tirtira l-kunsens tiegħek biex Tempur Sealy tipproċessa d-dejta personali tiegħek, dan mhux se jaffettwa kwalunkwe pproċessar li jkun diġà twettaq sa dak iż-żmien. Fi kwalunkwe ħin, inti tista’ titlobna wkoll biex ma nibagħtux jew ma nfasslux profil għall-kummerċjalizzazzjoni diretta.

Dawn id-drittijiet jistgħu jkunu limitati, pereżempju jekk sabiex nissodisfaw it-talba tiegħek irridu niżvelaw id-dejta personali dwar persuna oħra, fejn dawn jiksru d-drittijiet ta’ parti terza (inklużi d-drittijiet tagħna) jew jekk inti titlobna nħassru informazzjoni li l-liġi teħtieġ li aħna nżommu jew jekk ikollna interessi leġittimi validi biex inżommuha. Eżenzjonijiet rilevanti huma inklużi kemm fil-GDPR kif ukoll f-Att dwar il-Protezzjoni tad-Dejta tal-2018. Aħna se ninformawk dwar kwalunkwe eżenzjonijiet rilevanti li nistrieħu fuqhom meta nwieġbu għal kwalunkwe talba li inti tagħmel.

Jekk inti tixtieq teżerċita dawn id-drittijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana kif stabbilit hawn taħt.

Jekk għandek xi tħassib li ma ġiex solvut inti għandek id-dritt li tilmenta ma’ awtorità għall-protezzjoni tad-dejta tal-UE fejn inti tgħix, taħdem jew fejn taħseb li seta’ seħħ il-ksur. 

Politika dwar il-Cookies

Cookies u teknoloġiji simili

X’inhuma?

Il-cookies huma biċċiet żgħar ta’ inforazzjoni mibgħuta minn server tal-web lil browser tal-web li jippermettu lis-server jidentifika b’mod uniku l-browser fuq kull paġna.  Jintużaw ukoll teknoloġiji ta’ traċċar oħra li huma simili għall-cookies.  Dawn jinkludu pixel tags u tracking URLs (URLs għat-traċċar). F’din il-politika ssir referenza għal dawn it-teknoloġiji kollha flimkien bħala “Cookies”.

Kif nużaw il-Cookies?

It-tipi ta’ Cookies li nużaw fuq is-sit web tagħna, u l-finijiet għaliex jintużaw, huma stabbiliti hawn taħt: 

  • Cookies li huma strettament neċessarji: Dawn il-cookies huma essenzjali sabiex inti tkun tista’ tiċċaqlaq minn parti waħda għal oħra tas-sit web tagħna u tuża l-karatteristiċi tiegħu, bħal aċċess għaż-żoni sikuri tas-sit tagħna. Mingħajr dawn il-cookies, is-servizzi fuq is-sit web tagħna li tixtieq taċċessa ma jistgħux jiġu pprovduti.
  • Cookies analitiċi/ta’ prestazzjoni: Dawn il-cookies jiġbru informazzjoni dwar il-mod kif inti u viżitaturi oħrajn jużaw is-sit tagħna, pereżempju liema paġni żżur l-aktar, u jekk tirċeviex messaġġi ta’ errur mill-paġni tal-web. Aħna nużaw id-dejta minn dawn il-cookies biex inkunu nistgħu nittestjaw disinji u niżguraw li tinżamm dehra u sensazzjoni konsistenti waqt li inti tkun qed iżżur is-sit web.  L-informazzjoni kollha li tinġabar minn dawn il-cookies tiġi aggregata. Din tintuża biss biex ittejjeb il-mod kif jaħdem is-sit web. 
    • Aħna nużaw Google Analytics, pereżempju, biex nittraċċaw b’mod anonimu l-użu u l-attività tas-siti web. Google Analytics huwa servizz ta’ analitika tal-web ipprovdut minn Google, Inc. (“Google”). Google Analytics juża “cookies”, li huma fajls ta’ test poġġuti fuq il-kompjuter tiegħek, li jgħinu lis-sit web janalizza kif l-utenti jużaw is-sit. L-informazzjoni ġġenerata mill-cookie dwar l-użu tiegħek tas-sit web (li tinkludi l-indirizz tal-IP tiegħek) se tiġi trażmessa lil u maħżuna minn Google fuq is-servers fl-Istati Uniti. Fil-każ ta’ attivazzjoni tal-anonimizzazzjoni tal-IP, Google se taqta’/tanonimizza l-aħħar ottett tal-indirizz tal-IP għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għal partijiet oħra għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali, li l-indirizz tal-IP sħiħ se jintbagħat lil u b’mod imqassar mis-servers ta’ Google fl-Istati Uniti. F’isem il-fornitur tas-sit web, Google se tuża din l-informazzjoni sabiex tevalwa l-użu minnek tas-sit web, tikkompila rapporti dwar l-attività tas-sit web għall-operaturi tas-sit web u tipprovdi servizzi oħra relatati mal-attività tas-sit web u l-użu tal-internet lill-fornitur tas-sit web. Google mhux se tassoċja l-indirizz tal-IP tiegħek ma’ kwalunkwe dejta oħra miżmuma minn Google. Inti tista’ tirrifjuta li tuża cookies billi tagħżel is-settings xierqa fuq il-browser tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok innota li jekk tagħmel dan, jista’ jkun li ma tkunx tista’ tuża l-funzjonalità sħiħa ta’ dan is-sit web. Barra dan inti tista’ tipprevjeni li Google tiġbor u tuża dejta (cookies u indirizz tal-IP) billi tniżżel u tinstalla l-plug-in tal-browser disponibbli taħt https://tools.google.com/dlpage/gaoptout?hl=en-GB.
    • Inti tista’ tirrifjuta li tuża Google Analytics billi tikklikkja fuq il-link li ġejja. Cookie ta’ nonparteċipazzjoni se tiġi ssettjata fuq il-kompjuter tiegħek, li tipprevjeni l-ġbir fil-futur tad-dejta tiegħek meta żżur dan is-sit web:

<a href=“javascript:gaOptout()“>Disable Google Analytics</a> 

  • Cookies funzjonali: Dawn il-cookies jippermettu s-sit tagħna jiftakar l-għażliet li tagħmel (bħall-isem tal-utent tiegħek, il-lingwa jew ir-reġjun li tinsab fih) u jipprovdu karatteristiċi mtejba, u iktar personali. Dawn il-cookies jistgħu jintużaw ukoll biex jiftakru t-tibdil li tkun għamilt għad-daqs tat-test, il-fonts u partijiet oħra tal-paġni tal-web li inti tista’ tippersonalizza. Dawn jistgħu jintużaw ukoll biex jipprovdu servizzi li inti tkun tlabt għalihom bħal li tara vidjo jew tikkummenta. Barra dan, dawn il-cookies jistgħu jintużaw biex jippermettu servizzi opzjonali jiffunzjonaw bħall-offerta ta’ sessjoni ta’ chat diretta.  L-informazzjoni li dawn il-cookies jiġbru tista’ tkun anonomizzata u ma jistgħux jittraċċaw l-attività tal-browsing tiegħek fuq siti web oħra.
  • Cookies immirati: Dawn il-cookies jintużaw biex iwasslu reklami li huma iktar rilevanti għalik u għall-interessi tiegħek. Dawn jintużaw ukoll biex jillimmitaw l-għadd ta’ drabi li inti tara reklam kif ukoll jgħinu biex titkejjel l-effettività tal-kampanja tar-reklamar. Dawn il-cookies jiġu installati biss bil-kunsens tiegħek. Inti tista’ tagħti l-kunsens tiegħek billi tagħlaq il-cookie banner li jidher fuq il-paġna li tispiċċa fuqha tas-sit web tagħna jew billi tibbrawżja s-sit web barra mill-cookie banner u tikklikkja fuq kwalunkwe mill-attributi tiegħu. Jekk jogħġbok innota li aħna nittraċċaw il-kunsens tiegħek billi nużaw cookie tekniku; għalhekk, fil-każ li inti tħassar kwalunkwe cookies maħżuna fuq it-tagħmir tiegħek inti se terġa tara l-cookie banner. Dawn normalment jitpoġġew minn netwerks tar-reklamar bil-permess tal-operatur tas-sit web. Dawn jiftakru li inti żort sit web u din l-informazzjoni tiġi kondiviża ma’ organizzazzjonijiet oħra bħal dawk li jirreklamaw. Ħafna drabi l-cookies immirati jew tar-reklamar se jkunu konnessi mal-funzjonalità tas-sit ipprovduta mill-organizzazzjoni oħra.
  • Cookies tal-midja soċjali: Dawn il-cookies jippermettuk tikkondividi dak li kont qed tagħmel fuq is-Sit tagħna fuq il-midja soċjali bħal Facebook u Twitter. Dawn il-cookies mhumiex fil-kontroll tagħna.  Jekk jogħġbok irreferi għall-politiki tal-privatezza rispettivi għal mod kif jaħdmu l-cookies tagħhom. 
  • Pixel tags: Magħrufin ukoll bħala clear GIF jew web beacon. Dawn huma tags inviżibbli poġġuti fuq ċertu paġni tas-Sit tagħna iżda mhux fuq il-kompjuter tiegħek. Meta inti taċċessa dawn il-paġni, il-pixel tags jiġġeneraw avviż ġeneriku ta’ dik iż-żjara. Dawn normalment jaħdmu flimkien ma’ cookies, u jirreġistraw meta tagħmir partikolari jżur paġna partikolari. Jekk inti titfi l-cookies, il-pixel tag se jagħraf sempliċement żjara anonima tas-sit web.
  • Tracking URLs (URLs tat-traċċar): Dawn jintużaw biex jiddetermnaw minn liema sit web li qed jirreferi qed jiġi aċċessat is-sit web.

Jekk inti ma tixtieqx affattu li tippermetti l-Cookies, jew trid tippermetti biss l-użu ta’ ċertu Cookies, jekk jogħġbok irreferi għas-settings tal-browser tiegħek. Inti tista’ tuża wkoll is-settings tal-browser tiegħek biex tirtira l-kunsens tiegħek għall-użu tagħna tal-Cookies fi kwalunkwe ħin u tħassar il-Cookies li diġà jkunu ġew issettjati. Jekk jogħġbok innota li jekk tħassar il-cookies tagħna jew tiddiżattiva Cookies futuri, jista’ jkun li inti ma tkunx tista’ taċċessa ċertu partijiet jew karatteristiċi tas-sit tagħna.

Sabiex tiskopri iktar dwar Cookies jekk jogħġbok żur: www.allaboutcookies.org jew ara www.youronlinechoices.eu li fiha iktar informazzjoni dwar ir-reklamar skont l-imġiba u l-privatezza online.

Kemm iddumu żżommu d-dejta tiegħi? 

Meta nipproċessaw id-dejta tar-reġistrazzjoni ta’ kont, aħna nagħmlu dan kemm idum attiv il-kont jew tibqa’ utent attiv tas-siti tagħna u għal mhux iktar minn sitt snin wara dan.

Meta nipproċessaw dejta personali b’konnessjoni mat-twettiq ta’ kuntratt jew għal kompetizzjoni jew stħarriġ, aħna nżommu d-dejta għal sitt snin mill-aħħar interazzjoni tiegħek magħna.

Meta nipproċessar dejta personali għal skopijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew bil-kunsens tiegħek, aħna nipproċessaw id-dejta sakemm inti titlobna li nieqfu u għal perjodu qasir wara dan (sabiex inkunu nistgħu nimplimentaw it-talbiet tiegħek). Aħna nżommu wkoll rekord tal-fatt li inti tlabtna ma nibagħtulekx kontenut ta’ kummerċjalizzazzjoni dirett jew biex ma nipproċessawx id-dejta tiegħek sabiex inkunu nistgħu nirrispettaw it-talba tiegħek fil-futur.

Aġġornamenti għal dan l-Avviż dwar il-Privatezza

Dan l-Avviż dwar il-Privatezza se jiġi aġġornat perjodikament. Aħna se naġġornaw id-data fil-parti ta’ fuq ta’ dan l-Avviż dwar il-Privatezza kif xieraq. F’ċertu każijiet, jista’ jkollna bżonn navżawk attivament dwar attivitajiet tal-immaniġġjar tad-dejta speċifiċi jew bidliet sinifikanti għal dan l-Avviż dwar il-Privatezza kif meħtieġ mil-liġi applikabbli.

Ikkuntattjana

Aħna nittamaw li nistgħu nwieġbu għall-mistoqsijiet li jista’ jkollok dwar il-mod kif nipproċessaw id-dejta tiegħek. Jekk għandek xi tħassib dwar il-mod kif nipproċessaw id-dejta tiegħek, tiddejjaqx tikkuntattja lill-Manager tal-Protezzjoni tad-Data, fuq dataprotection@tempursealy.com.

 Il-kontrollur tad-dejta għall-informazzjoni tiegħek huwa Dan-Foam ApS irreġistrat fi Danimarka taħt in-Numru tal-Kumpanija 24209709 li l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħha huwa: Dan-Foam ApS, Holmelund 43, DK-5560 Aarup, Denmark.